Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici jrid li l-gradwazzjonijiet isiru xorta kif ippjanat oriġinarjament, jiġifieri fi ftit ġranet oħra, minkejja li pajjiżna qed jesperjenza l-ogħla numru ta’ każi attivi ta’ Coronavirus.
Net News jinsab infurmat li l-Ministru Owen Bonnici appella lill-Università ta’ Malta biex il-gradwazzjonijiet isiru fil-ġimgħat li ġejjin biex tingħata l-impressjoni li kollox qed jirritorna għan-normal. ‘Life must go on’ kien ir-raġunament tal-Ministru Owen Bonnici.
Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit ikkonfermaw magħna li s-Senat tal-Università ta’ Malta se jiltaqa’ għada u fuq l-aġenda se jkun hemm ukoll is-suġġeriment tal-Ministru Owen Bonnici.
Għall-kuntrarju, il-Kunsill Studenti Universitarji qed joġġezzjona, hekk kif is-sitwazzjoni attwali tal-pandemija f’Malta ma toffrix serħan il-moħħ.
Il-KSU, f’komunikazzjoni li bagħat, qed jenfasizza li ċ-ċerimonji jsiru fid-data proposta fl-aħħar ġimgħat, jiġifieri f’Marzu li ġej.
//= $special ?>