Futbol Sport

Polza diffiċli għal Birkirkakra fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League

(Ritratt: Birkirkara FC)

Aktar kmieni ttellgħu l-poloz tal-ewwel rawnd ta’kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League tan-Nisa fejn pajjiżna din is-sena se jkun rappreżentat minn Birkirkara fejn se jkunu qed jaffaċċjaw lil Olimpia Cluj tar-Rumanija.

Il-partita se tintlagħab bejn t-3 u l-4 ta’ Novembru wara li l-iskeda tal-partiti kellha tinbidel minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Din mhix l-ewwel partita bejn iż-żewġ timijiet, bir-Rumeni joħorġu rebbieħa fiż-żewġ konfornti preċedenti.