Sport Sport Ieħor

Pospost il-bidu tal-kampjonat tat-Table Tennis lokali

(Ritratt: MTTA)

Il-Malta Table Tennis Association ħabbret li wara laqgħa tal-kumitat ġie deċiż li l-bidu tan-National League tat-Table Tennis ġie pospost minħabba s-sitwazzjoni preżenti b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.

Fl-istess laqgħa ġie deċiż ukoll li se tkun qed titwaqqaf struttura ġdida ta’ taħriġ kemm għall-plejers tat-tim nazzjonali kif ukoll għal dawk li jixtiequ jibdew jitħarrġu f’dan l-isport.

Il-MTTA ddeċidiet ukoll li minħabba li s-serata’ tal-awards ġiet pospost, se jkun qiegħed isir pjan biex din l-attività tkun tista’ ssir b’mod differenti.