Futbol Sport

Rebħiet diffiċli għal Milan u Arsenal barra minn darhom

(Ritratt: EPA)

F’Celtic Park, Milan kisbu rebħa minima ta’ 3-1 fuq Celtic. It-tim imexxi minn Stefano Pioli fetħa tajjeb u wara kwarta logħob mar fil-vantaġġ permezz ta’ RADU KRUNIC. Milan irduppjaw tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ BRAHIM DIAZ. Huma naqsu milli jagħlqu l-partita fit-tieni taqsima u kienu Celtic li skorjaw fis-76 minuta permezz ta’ ELYOUNOUSSI biex daħlu fil-partita, iżda HAGUE aċċerta mir-rebħa fil-ħin addizzjonali.


Arsenal kellhom jitħabtu biex barra minn darhom għelbu lil Rapid Wien 2-1. Wara li fl-ewwel taqsima ftit li xejn kien hemm azzjonijiet perikolużi, kienu Rapid Wien li fteħu l-iskor fil-51 minuta permezz ta’ TAXIARCHIS FOUNTAS. Arsenal wettqu reazzjoni u ġabu d-draw b’daqqa ta’ ras ta’ DAVID LUIZ, biex is-sostitut AUBAMEYANG ta l-ewwel tliet punti lit-tim tiegħu wara li kkonkluda mill-viċin fuq cross ta’ Bellerin.


Roma wkoll kellhom jitħabtu biex għelbu lil Young Boys 2-1. Kien it-tim Żvizzeru li mar fil-vantaġġ wara 14-il minuta b’penalty ta’ NSAME.
Ir-rimonta ta’ Roma bdiet fit-62 minuta meta BRUNO PERES għamilhom 1-1 biex ħames minuti wara MARASH KUMBULLA għamilhom 2-1.


Fi Stadio San Paolo, Napoli sofrew telfa ta’ 1-0 kontra AZ Alkmaar, bit-tim Olandiż ikollu numru ta’ plejers neqsin minħabba li jinsabu pożittivi għall-coronavirus. Il-gowl deċisiv wasal f’nofs it-tieni taqsima permezz ta’ DANI DE WIT.


Bayer Leverkusen kisbu rebħa kbira ta’ 6-2 kontra Nice. AMIRI fetaħ l-iskor wara 11-il minuta biex ALARIO rdoppja erba’ minuti wara. Nice naqsu d-distakk fil-31 minuta permezz ta’ GOUIRI. Fit-tieni taqsima Bayer Leverkusen komplew fejn ħallew u fil-61 minuta DIABY għamilhom 3-1. Doppjetta ta’ BELLARBI u gowl ieħor lejn it-tmiem ta’ WIRTZ aċċertaw mir-rebħa għal Leverkusen bi CLAUDE jagħmilhom 6-2 fil-ħin addizzjonali.


Liecester kisbu rebħa komda ta’ 3-0 kontra Zorya. MADDISON fetaħ l-iskor fid-29 minuta biex HARVEY BARNES irdoppja qabel tmiem l-ewwel taqsima. KELECH IHEANACHO għamilhom tlieta f’nofs it-tieni taqsima.


Fit-Tottenham Hotspur Stadium, Tottenham għelbu lil LASK 3-0. LUCAS MOURA tefgħa lil Tottenham fil-vantaġġ wara 18-il minuta.
Disa’ minuti wara huma rdoppjaw permezz ta’ awto-gowl ta’ ANDRADE. HEUNG-MIN SON għamilhom 3-0 fl-84 minuta.

UEFA EUROPA LEAGUE
FAŻI TAL-GRUPPI
:Illum: CSKA Sofia v Cluj 0-2, Young Boys v Roma 1-2, Dundlak v Molde 1-2, Rapid-Wien v Arsenal 1-2, B. L’kusen v Nice 6-2, H.B. Sheva v S. Prague 3-1, L. Poznan v Benfica 2-4, S. Liege v Rangers 0-2, PAOK v O. Nicosia 1-1, PSV v Granada 1-2, Rijeka v R. Sociedad 0-1, Napoli v AZ Alkmaar 0-1, Leicester v Zorya 3-0, Braga v AEK 3-0, Celtic v Milan 1-3. S. Prague v Lille 1-4, M. Tel Aviv v Qarabag 1-0, Villarreal v Sivasspor 5-3, Ludogorets v R. Antwerp 1-2, Tottenham v LASK 3-0, D. Zagreb v Feynoord 0-0, Wolfsberger v CSKA 1-1, Hoffenhiem v C. Zvezda 2-0, Slovan Liberec v Gent 1-0