Lokali

“Robert Abela jrid ikompli jaħbi l-verità” – Bernard Grech

Il-poplu Malti qed jinsteraq €91,000,000 fis-sena

Wara li l-Gvern Laburista llum ivvota kontra l-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista sabiex jinħatar bord ta’ inkjesta biex jiġi investigat il-kuntratt tal-Electrogas, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li issa huwa ċar kif Robert Abela u l-Grupp Parlamentari kollu tal-Gvern Laburista jridu jkomplu jaħbu l-verità.

Il-Kap Nazzjonalista qal li ħafna mill-Ministri tal-Gvern xehdu fix-xhieda mogħtija fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fejn min waħħal f’Keith Schembri għax kellu wisq poter, min f’Konrad Mizzi għax missu rriżenja u min f’Joseph Muscat għax ħallihom jagħmlu li jridu.

Fi ftit kliem, sabuha faċli jwaħħlu f’ħaddieħor illum meta dar ir-riħ u bdiet toħroġ il-verita’. Bernard Grech qal li l-opportunita’ li ta il-Partit Nazzjonalista lil Gvern, mhux li jinħafer dak li ġara għax l-istorja ma jista’ jħassarha ħadd, iżda l-opportunita’ li jkunu man-naħa t-tajba ġiet injorata.
Bernard Grech qal li Robert Abela issa m’għadx għandu aktar skużi li dak li seħħ ma seħħx fi żmienu għaliex issa bl-għażla tiegħu stess se jkomplu jkunu komplici ma’ dak il-ftehim illi l-Awditur Ġenerali stess diġa’ qal illi fih ħafna irregolaritajiet.

Tort ta’ dan il-kuntratt korrott u li l-Gvern Laburista jrid ikompli jaħbi l-verita’ tiegħu, kull sena l-poplu Malti qed jinsteraq €91,000,000 fis-sena illi kieku miflok seta’ jgawdihom f’roħs ħafna ikbar tad-dawl u l-ilma.

Ikkummenta