Futbol Sport

Tikber il-kriżi tar-Rangers

VITTORIOSA S. ……………………. 2

ŻEBBUĠ R. …………………………… 1

Vittoriosa S: M. Moyano, C. Spiteri, J. Briffa, I. Curmi, J. Farrugia, Q. Bregman, A. Sultana, D. Sowatey, R. Previ, R. Sgaria Farias, D. Borg Castaldi

Żebbuġ R: M. Grech, J. Micallef, T. Bartolo, A. Mizzi, L. Mijic, J. Silveira Da Silva, C. Gauci, R. Vella, C. Vella, S. Miloskovic, G. Gesualdi

Referee: Emanuel Grech

Il-kriżi ta’ Żebbuġ Rangers kompliet tikber ilbieraħ hekk kif dawn kienu megħluba minn Vittoriosa Stars b’gowl f’kull taqsima, biex Żebbuġ sofrew ir-raba’ telfa konsekuttiva u għadhom ifittxu l-ewwel punt tal-istaġun.Fil-verita’ l-logħba kienet bilanċjata anki jekk Żebbuġ wettqu l-aħjar sforz tagħhom wara li sofrew it-tieni gowl.

Vittoriosa kienu xi ftit aħjar mill-avversarji fl-ewwel taqsima u marru fil-vantaġġ fl-14-il minuta meta minn freekick ta’ Curmi kien Sgaria Farias li bir-ras għeleb lil Grech.

Fit-tieni taqsima Żebbuġ ħarġu xi ftit iktar determinati fejn xutt tas-sostitut Carbone kien salvat b’diffikulta minn minn Moyano. Iżda fid-59 minuta kienu Vittoriosa li skorjaw it-tieni gowl tagħhom, meta minn azzjoni ta’ korner kien hemm taħwida quddiem il-lasta u kien pront Denilson Borg Castaldi li b’xutt fil-baxx sab ix-xibka.

Żebbuġ xeħtu kollox fl-attakk iżda kien biss fid-90 minuta li naqqsu l-iskor b’xutt sabiħ mid-dsitanza ta’ Gesualdi jegħleb lil Moyano. Fl-aħħar attentat iddisprat minn azzjoni ta’ korner id-daqqa ta’ ras ta’ Mijic ġiet f’idejn il-goalkeeper ta’ Vittoriosa.

BOV Challenge Leauge

It-Tlieta: Mqabba v Pembroke 0-2, M’xlokk v Fgura posp. Ilbieraħ: Naxxar v San Ġwann 1-2, St. Andrew’s v St. George’s 3-1, Qormi v Swieqi 2-2 Illum: Vittoriosa v Zebbug 1-2, Pietà v Marsa posp.