Internazzjonali

Trump u Obama jinfexxew f’attakki kontra xulxin

Hekk kif baqa’ biss inqas minn ġimagħtejn għall-elezzjoni fl-Istati Uniti, il-President attwali Donald Trump u l-predecessur tiegħu, Barack Obama nfexxew f’tgħajjir kontra xulxin.

Barack Obama deher waqt il-kampanja ta’ Joe Biden f’Pennslyvania fejn irrefera għal Trump bħala l-persuna li qed jinkoraġixxi r-razziżmu.

Minn naħa l-oħra, Trump irredikola lil Obama permezz t’attakki diretti lejh waqt il-kampanja tiegħu f’North Carolina.

L-elezzjoni Presidenzjali se ssir fit-3 ta’ Novembru, b’Joe Biden jidher li jinsab fuq quddiem fost l-opinjoni pubblika.

S’issa, numru rekord ta’ 42 miljun persuna diġa vvutaw fl-elezzjoni bikrija.