Futbol Sport

‘X’Sar Minnhom?’ – id-Daniż li 26 sena llu rebaħ il-Kampjonat Premier ma’ Hibernians

Carl Zachhau

Ir-rokna tant popolari ‘X’Sar Minnhom?’ fil-programm ‘Replay Preview’ li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9:15pm fuq Net Television, daħlet fis-sitt sena tagħha u l-ewwel mistieden ta’ Christian Micallef f’din l-iskeda l-ġdida, kien l-eks plejer ta’ diversi klabbs f’Malta, primarjament ta’ Hibernians, Carl Zachhau.

L-istorja ta’ dan il-plejer mid-Danimarka hi waħda interessanti, u 26 sena llu, fost l-oħrajn, rebaħ il-Kampjonat Premier ma’ Hibernians. Hu rebaħ l-unur tal-aqwa skorer tal-Kampjonat darbtejn wara xulxin, fl-istaġuni 1992/93 u 1993/94. Fl-aħħar wieħed, Zachhau kien temm l-ewwel fil-klassifika tal-aqwa skorer flimkien ma’ Joe Zarb ta’ Valletta.

Segwi l-intervista li saret fir-restorant Il-Veduta li jinsab fis-Saqqajja, permezz ta’ dan il-link t’hawn taħt:

'X'Sar Minnhom?' | Carl Zachhau

'X'Sar Minnhom?' | Carl Zachhau intervistat minn Christian Micallef fir-restorant Il-Veduta.

Gepostet von Replay (Net Television) am Mittwoch, 21. Oktober 2020