Lokali

Arrestati żewġt irġiel b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Żewġt t’irġiel ġew arrestati mill-pulizija b’rabta ma’ pussess u traffikar tad-droga.

Iż-żewġt irġiel wieħed ta’ 34 sena residenti Bormla u l-ieħor ta’ 38 sena residenti Ħal Tarxien twaqqfu mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta f’parkeġġ fi Triq Sarria fil-Floriana għall-ħabta tal-4.30am.

Minn tfittxija li saret fuq ir-raġel ta’ 34 sena u fil-vettura tiegħu nstabu 25 qartas b’sustanza aktarx droga eroina. Fuq ir-raġel l-ieħor, ġie elevat qartas b’sustanza x’aktarx droga sintetika.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke ġiet infurmata b’dan il-każ u ordnat li tinfetaħ inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.