Sport Sport Ieħor

Id-19 –il stadju fil-Giro d’Italia ddominat minn maltemp qawwi

(Ritratt: EPA)

Josef Cerny rebaħ id-19 –il stadju tal-Giro d’Italia fi stadju ddominat mix-xita kif ukoll minn protesta li seħħet fil-bidu tat-tellieqa miċ-ċiklisti. Wara Cerny daħlu Victor Campenaerts u Jacopa Mosca. Id-distanza ta’ dan l-istadju kellha tiċkien minħabba l-maltemp qawwi li laqgħat in-Naħa ta’ Fuq tal-Italja. Il-Giro d’Italia jkompli għada fuq distanza ta’ 190km bejn Alba u Sestriere, bil-kompetizzjoni tiġi fi tmiem nhar il-Ħadd bl-aħħar stadju. Wilco Kelderman baqa’ jżomm il-flokk r-roża wara li baqa’ fil-quċċata tal-klassifika.

Fil-Vuelta ta’ Spanja, Sam Bennett rebaħ ir-raba’ stadju li sar bejn Garray. Numancia u Ejea de los Caballeros fuq distanza ta’ 191.7km. Warajh daħlu jasper Philipsen u Jakub Mareczko. Primoz Roglic jibqa’ fil-quċċata tal-klassifika ta’ dan it-tour.