Lokali Qorti

Negozjant mixli bi vjolenza domestika

Raġel akkużat bi vjolenza domestika ingħata l-libertà proviżorja wara li l-Qorti semgħet li spiċċa meqrud emozzjonalment wara li qatta’ l-aħħar ġimgħatejn il-ħabs.

Il-Maġistrat Gabriella Vella tat lir-raġel il-libertà proviżorja wara li semgħet lill-avukati difensuri tiegħu Matthew Xuereb u Mario Mifsud jargumentaw li ma kien hemm l-ebda biża’ minnu li jbagħbas l-evidenza kif xehedet l-allegata vittma.

Minħabba prattika amministrattiva, l-akkużat, negozjant, kien qed jinżamm fid-diviżjoni 6 fil-ħabs u dan il-fatt kien qed iwassal biex isofri ħafna, qalu l-Avukati tiegħu.

Il-mara qalet lill-Qorti li kienet f’relazzjoni abbużiva mar-raġel, li miegħu kienet ilha miżżewġa għal madwar 13-il sena. Waqt wieħed mill-argumenti l-akkużat kien allegatament qabad sikkina u hedded lill-mara biha.

Id-difiża insistiet fuq il-preżunzjoni tal-innoċenza. Il-Qorti lliberat lir-raġel lill-membri tal-familja tiegħu li kienu qed jistennewh fuq depożitu ta’ € 500 u garanzija personali ta’ € 10,000. L-Avukat Veronique Dalli dehret parte civile għall-mara.

Ikkummenta