Il-Partit Nazzjonalsita għandu track record li ttrasforma l-ekonomija ta’ pajjiżna f’ambjent finanzjarju industrijali li fih wiehed jista’ jikber. Din il-ħidma għandna titkompla sabiex pajjiżna jżomm il-livell tiegħu fl-ambjent diġitali. Dan għaliex il-futur huwa bbażat fuq l-aspett diġitali li joħloq opportunitajiet ta’ xogħol ġodda.
Kliem il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija Claudio Grech meta kien qed jieħu sehem f’konferenza organizzata mid-ditta EY.
Claudio Grech qal lihuwa fatt li l-Covid qed iħalli impatt kbir fuq l-ekonomija globali, għalhekk bħala nazzjon irridu nirrispondu għal din il-kriżi sabiex insostnu l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Huwa qal li qatt ma jista’ jkollok ekonomija soda jekk ma jkollokx popolazzjoni b’saħħitha. Għalhekk huwa importanti li l-R Factor jinżel taħt il-wieħed sabiex tkun evitat li pajjiżna jispiċċa f’lockdown.
Claudio Grech qal li rridu ndawru dan il-perjodu li ninsabu fih f’opportunità biex nibnu ekonomija iktar b’saħħitha sabiex noħoloqu iktar impjiegi u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti.
Qal li l-Gvern irid ikollu viżjoni iktar fit-tul sabiex ikollna viżjoni soċjo ekonomija b’saħħitha, fejn il-bniedem għandu jkun fiċ-ċentru f’dan kollu.
Huwa importanti li dawk li jinvestu f’pajjiżna jkollhom serħan il-moħħ u għalhekk il-Gvern irid jaħdem sabiex ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna titjieb, kif ukoll ikun hemm iktar fiduċha fl-istituzzjonijiet, qal Claudio Grech.
Pajjizna jiddependi fuq l-investiment barrani, għalhekk l-Oppożizzjoni minn dejjem kienet kontra li Malta tkun iżolata. Għahekk pajjiżna jrid ikompli jimraħ fis-serviżżi diġitali sabiex pajjiżna jkompli jiżvluppa f’dan is-settur tant importanti għal Malta. Claudio Grech saħaq ukoll fuq l-importanza li tkun finalizzata kemm jista’ jkun malajr l-inkjesta pubblika tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u li pajjiżna jibda jaċċetta biss negożju leġittimu.
//= $special ?>