Coronavirus Għawdex Lokali Saħħa

Rapporti li żdiedu l-każijiet attivi ta’ Covid-19 f’Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Permezz ta’ post fuq Facebook id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għal Għawdex Chris Said qal li minn informazzjoni li għandu l-każijiet attivi tal-Covid-19 fuq il-gżira Għawdxija qed jiżdiedu.

“Fl-aħħar jumejn jidher li kellna l-akbar numru ta’ Għawdxin li rriżultaw pożittivi minn kemm ilhom isiru s-swabs”

Huwa saqsa dwar x’qed isir min-naħa tal-Gvern biex is-sitwazzjoni tiġi kkontrollata u kif ukoll saħaq li l-Għawdxin għandhom kull dritt li jingħataw informazzjoni ċara u bla ebda ħabi.

Chris Said għalaq billi qal li l-Għawdxin iridu jkunu jafu xi pjanijiet hemm biex is-saħħa tagħhom tkun imħarsa.