Futbol Sport

Tasal l-ewwel telfa ta’ Aston Villa

(Ritratt: EPA)

Tliet gowls ta’ Patrick Bamford wasslu għall-ewwel telfa ta’ Aston Villa meta f’Villa Park sfaw megħluba 3-0 minn Leeds United. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta Leeds fetħu l-iskor fl-53 minuta meta Martinez salva parzjalment konklużjoni ta’ Rodrigo, b’PATRICK BAMFORD ikun l-ewwel fuq il-ballun biex xeħet ġewwa mill-viċin.

It-tim ta’ Marcelo Bielsa rdoppja fis-66 minuta meta reġa’ kien BAMFORD li b’konklużjoni min barra l-kaxxa ma’ ta l-ebda ċans lil Martinez. BAMFORD għaqqad il-hatrick fit-73 minuta b’konklużjoni fir-rokna tax-xibka.

PREMIER LEAGUE
Illum
: Aston Villa v Leeds 0-3 Għada: West Ham v Man City 1.30pm, Fulham v C. Palace 4.00pm, Man Utd v Chelsea 6.30pm, Liverpool v Sheff. Utd 9.00pm Il-Ħadd: Southampton v Everton 4.00pm, Wolves v Newcastle 6.30pm, Arsenal v Leicester 9.15pm It-Tnejn: Brighton v WBA 6.30pm, Burnley v Tottenham 9.00pm