Futbol Sport

Tkompli l-kontroversja dwar Mesut Ozil

(Ritratt: EPA)

Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kien magħruf li Mesut Ozil ma kienx inkluż fl-iskwadra ta’ 25 plejer għal dan l-istaġun fil-Premier League. Issa kien imiss lill-aġent tal-plejer Erkut Sogut fejn qal li l-plejer ma kient trattat b’mod ġust u qal li l-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta ma kienx ġust fl-għażla li jħalli lil Ozil barra mill-iskwadra.

F’kumment fuq il-midja soċjali wara l-aħbar li ma kienx inkluż fl-iskwadra tal-Premier League, Ozil qal li ħassu diżappuntat li l-lealtà li wera lejn il-klabb f’dawn l-aħħar snin ma kinitx reċiprokata lilu.

Il-kowċ Mikel Arteta qal li s-supporters ta’ Arsenal ħaqqhom spejazzjoni dwar dak li qiegħed iseħħ b’rabta mal-plejer wara li numru ta’ partitarji ta’ Arsenal urew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mad-deċiżjoni tal-klabb.

Ozil lagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Arsenal f’Marzu li għadda u wara li l-anqas ma kien inkluż fl-iskwadra tal-UEFA Europa League, ifisser li l-plejer mhux se jkun qiegħed jilgħab ma’ Arsenal sa mill-inqas Jannar.