Lokali

Żewġt irġiel jitressqu fuq serqa fuq anzjana fil-Qawra li seħħet il-Ħamis

Persuna oħra se tkun mixlija b'akkużi ta' vjolenza domestika fost l-oħrajn

Żewġt irġiel, ta’ 35 sena li joqgħod il-Marsa u ta’ 31 sena li joqgħod ir-Rabat, se jitressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke għall-ħabta tal-10am mixlija b’akkużi marbuta ma’ serqa li seħħet fuq anzjana ta’ 84 sena l-Qawra l-Ħamis waranofsinhar.

Apparti dan, il-Pulizija se tressaq ukoll persuna fuq akkużi ta’ vjolenza domestika, fost l-oħrajn.