Bomba suwiċida f’ċentru tal-edukazzjoni avvanzata fil-kapitali Afgana, Kabul, ħalla mill-anqas 13-il persuna mejta, b’kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni jgħid li l-katavri kienu rkuprati, filwaqt li 30 persuna qed jieħdu l-kura fl-Isptar, hekk kif mhux eskluż li n-numru ta’ vittmi jiżdied.
Għadu mhux ċar il-mottiv wara dan l-attakk suwiċida, li seħħ f’żona li tospita mijiet ta’ studenti, hekk kif l-intenzjoni tal-aggressur kien li jidħol fiċ-ċentru u meta fallielu, daħal fi sqaq biswit il-binja biex sploda l-isplussiv.
//= $special ?>