Tissokta l-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna kawża tal-imxija insistenti tal-Covid-19 bl-aħħar tminnt ijiem jaraw żieda ta’ 1,091.
Dan wara li fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 115-il każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi jiżdiedu għal rekord lokali ta’ 1,850.
Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 5,590.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 39 persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 3,638.
Skont kif maħruġ mill-Ministeru għas-Saħħa mill-121 każi mħabbra tul il-jum tal-Ġimgħa; 43 każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittivi preċedentament, 12-il każ minn fuq il-post tax-xogħol, 4 każi oħra li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, 3 każi mill-cluster ta’ Paceville, 4 każi importati u każ minn attività soċjali.
Dan ifisser li 54 mill-każi mħabbra l-Ġimgħa, ma kellhomx idea minn fejn setgħu ġew infettati.
Dan filwaqt li l-vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna telgħu għal 50 wara li s-Sibt filgħodu ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa li raġel ta’ 77 sena tilef ħajtu traġikament kawża tal-virus wara li fit 13 ta’ Ottubru kien ittestja pożittiv għall-Covid-19.
Huwa kien qiegħed jingħata l-kura f’residenza tal-anzjani.
//= $special ?>