Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Irreġistrata l-50 fatalità

Raġel ta’ 77 sena huwa l-50 fatalità f’pajjiżna kawża tal-imxija tal-Covid-19.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li l-vittma tilef ħajtu tul il-jum tal-Ġimgħa.

Huwa kien kkonfermat pożittiv għall-virus fit-13 ta’ Ottubru fejn baqa’ jingħata l-kura f’residenza tal-anzjani fejn kien jgħix u fejn sussegwentament sfortunatament tilef ħajtu.

Il-Ministeru għal darb’oħra ħass il-ħtieġa li jispeċifika li r-raġel kien isofri minn mard kroniku ieħor.