Il-Prim Ministru Irlandiż, Michael Martin, hu tal-fehma li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea se jirnexxielhom jilħqu ftehim ta’ kummerċ bejniethom, hekk kif ir-ritorn ta’ taħdidiet din il-ġimgħa hu sinjal ta’ rieda tajba li l-ftehim jintlaħaq, minkejja bosta ostakli li baqa’ fil-qasam tas-sajd.
Martin qal dan waqt li kien qed jitkellem f’konferenza online, fejn ħabbar progress sinifikanti fit-taħdidiet biex jiġi evitat tmiem turbolenti għal dan id-divorzju, kisba li l-Prim Ministru Brittaniku, Boris Johnson, aktarx li jaqbel magħha wkoll.
//= $special ?>