Futbol Sport

“Ħdimna fuq skema ta’ tliet free-kicks differenti u f’dak il-ħin għażilna wieħed minnhom” – Steve Borg jiddeskrivi l-gowl rebbieħ ta’ kontra l-Latvja

Ftit jiem biss wara li skorja gowl drammatiku f’Riga kontra l-Latvja mat-tim nazzjonali Malti, id-difensur ta’ Gżira United, Steve Borg tkellem ma’ Christian Micallef fl-ewwel intervista tat-tielet sensiela ta’ ‘Replay Drive’, waqt il-programm Replay fuq Net Television. Ir-rebbieħ tal-Plejer tas-Sena tal-MFA tal-istaġun li għadda, iddeskriva l-mument tal-gowl. Fost oħrajn, Borg jgħid li qabel il-logħba ta’ kontra l-Latvja, it-tim nazzjonali ta’ Devis Mangia, kien ħadem fuq skema ta’ tliet free-kicks differenti, u fil-mument li Malta rebħet fawl fl-aħħar ħinijiet tal-partita, f’temp ta’ ftit sekondi, il-plejers bejnithom iddeċidew li jmorru għal wieħed minn dawn il-free-kicks u li eventwalment wassal biex Steve Borg skorja bir-ras il-gowl li ta rebħa storika lil Malta f’Riga.

F’din l-intervista, Borg jitkellem ukoll dwar temi oħra, inkluż it-tmiem tiegħu minn ma’ Valletta, għalfejn għażel lil Gżira United u l-futur tiegħu fil-logħba tal-futbol.

Il-karozza li ntużat għal din l-intervista hi SEAT Ateca u li kienet ġentilment ipprovduta minn Continental Cars.

Segwi din l-intervista ma’ Steve Borg permezz ta’ dan il-link:

https://www.facebook.com/184288778338927/videos/894272674438060