L-Assoċjazzjoni tal-istabbilimenti tal-catering l-ACE fi stqarrija llejla qalu li l-mekkaniżmki tal-wage supplements mhux qed jaħdmu biex isostnu l-industrija.
Fl-istess stqarrija, l-ACE qalu li 23% tal-istabbilimenti qed isostnu li se jkeċċu uħud jew l-impjegati kollha filwaqt li 42% se jkunu qed jistennew u jaraw kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni.
L-istabbilimenti elenka żewġ fatturi li qed iservu ta’ sfida għal dan is-settur: in-nuqqas ta’ bejgħ u l-ispejjeż insostenibbli.
Dan il-qasam għandu numru akbar ta’ impjegati li jinbidlu, u għaldaqstant għadd ta’ impjegati mhux qed jirċievu l-wage supplements. Dan apparti l-fatt li l-wage supplements tnaqqsu.
L-istqarrija tkomplik tgħid li inqas minn 35% tal-impjegati qed jirċievu l-wage supplements u biex żewġ terzi tal-pagi fl-istess żmien li qed ibatu minn nuqqas kbir ta’ bejgħ.
L-ACE appellat lill-Gvern biex minnufih jibda’ jagħti l-wage supplements li dawk il-ħaddiema kollha impjegati wara d-9 ta’ Marzu 2020 sabiex ikun evitat diżastru kbir fis-settur, kif ukoll biex is-supplements jerġgħu jitilgħu għall-ammont oriġinali tagħhom. L-assoċjazzjoni qalet li l-Gvern irid jaġixxi malajr sabiex ikunu ssalvagwardjati l-impjiegi u n-negozji.
//= $special ?>