Futbol Sport

Inter jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Inter rritornaw għar-rebħ wara t-telfa fil-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta fi Stadio Luigi Ferraris għelbu lil Genoa 2-0. ROMELU LUKAKU fetaħ l-iskor fl-64 minuta u d-difensur D’AMBROSIO rdoppja fid-79 minuta.

Atalanta sofrew it-tieni telfa konsekuttiva fis-Serie A meta fil-Gewiss Stadium sfaw megħluba 3-1. Sampdoria fetħu l-iskor wara 13-il minuta permezz ta’ FABIO QUAGLIARELLA, bl-istess plejer minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima falla penalty. MORTEN THOSBY għamilhom 2-0 bir-ras fid-59 minuta u DUVAN ZAPATA fit-80 minuta naqqas id-distakk. JAKUN JANKTO aċċerta mir-rebħa fid-90 minuta.