Internazzjonali

Jirritorna l-ġlied f’Nagorno Karabakh

epa08708499 A handout photo made available by the Armenian Defense Ministry on 30 September 2020 on its official website shows armenian soldier during military clashes with Azeri army along the contact line of the self-proclaimed Nagorno-Karabakh Republic (also known as Artsakh). Armed clashes erupted on 27 September 2020 in the simmering territorial conflict between Azerbaijan and Armenia over the Nagorno-Karabakh territory along the contact line of the self-proclaimed Nagorno-Karabakh Republic. EPA-EFE/ARMENIAN DEFENCE MINISTRY HANDOUT BEST QUALITY AVAILABLE HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Jum wara taħdidiet individwali f’Washington mis-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ażerbajġan u l-Armenja bit-tama li jiġi fi tmiemu xahar imdemmi, reġa’ rritorna ġlied fiż-żona ta’ Nagorno Karabakh, fil-konfini tal-Ażerbajġan iżda popolata u mmexxija minn Armeni Etniċi.

Il-Ministeru Ażeri tad-Difiża qal li minn territorju Armen ġew sparati rockets u missilli lejn l-inħawi ta’ Lachin u Gubadli, filwaqt li l-Armeni Etniċi akkużaw lill-forzi Ażeri li sparaw missili f’bini residenzjali fl-akbar belt fir-reġjun, Stepanakert.

Kien irrappurtat li t-truppi Armeni li sfaw vittmi ta’ din il-gwerra tela’ minn 36 għal ftit anqas minn 1,000, filwaqt li l-vittmi Ażeri jlaħħqu l-65 u kważi 300 midruba, bil-President Russu, Vladimir Putin ibassar li t-total globali ta’ dawk maqtula kapaċi jlaħħaq il-5,000.