Futbol Sport

Jispikkaw Ħamrun kontra Balzan u Birkirkara kontra Sliema

(Ritratt: Matthew Tabone)

Fi tmiem il-ġimgħa tintlagħab is-sitt ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier fejn Ħamrun se jkunu qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ f’konfront diffiċli kontra Balzan filwaqt li Birkirkara se jkunu qed jaffrontaw lil Sliema b’aktar kunfidenza wara r-rebħa kontra Ħamrun.


Fl-aħħar konfront tagħhom Ħamrun Spartans ħadu l-ewwel telfa tal-istaġun wara l-bidu impressjonanti fejn ħadu erba’ rebħiet konsekuttivi. Balzan fl-aħħar partita tagħhom kisbu draw kontra Żejtun Corinthians u se jkunu qed ifittxu rebħa kontra Ħamrun.

Birkirkara kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun kontra Ħamrun Spartans wara l-bidu negattiv li kellhom għall-istaġun u se jkunu qed jittamaw li jkomplu fuq l-aħħar partita fil-konfront kontra Sliema Wanderers li minn naħa tagħhom tilfu 2-1 kontra Gudja United.


Valletta se jilgħabu kontra Santa Lucia f’konfront li jista’ jitqies bħala wieħed delikat għat-tim belti hekk kif Santa Lucia rebħu l-aħħar żewġ konfront tagħhom kontra Floriana u Tarxien Rainbows rispettivament. Valletta se jkollhom vantaġġ li ma lagħbux f’nofs il-ġimgħa peress li l-partita tagħhom kontra Sirens kienet posposta.


Hibernians jaffaċċjaw lil Lija Athletic f’partita li Hibs se jkunu qed iħarsu li jiksbu t-tliet punti biex iżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq fil-klassifika. Għal Lija dan se jkun konfront diffiċli iżda se jkunu qed jittamaw li jiksbu mqar darw minn dan il-konfront.


Floriana se jkunu mpenjati f’konfront diffiċli kontra Gudja United, iċ-champions fl-aħħar partiti tagħhom ma urewx l-istess livell ta’ logħob li urew fl-istaġun li għadda. Gudja United dan l-istaġun jistgħu jitqiesu bħala s-sorpriża tal-istaġun hekk kif mill-ewwel ħames partiti kisbu għaxar punti u jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika.


Gżira United fl-aħħar ħarġa tagħhom kisbu rebħa ta’ 3-0 kontra Lija Athletic u se jkunu qed jittamaw li jżommu l-istess forma kontra Żejtun Corinthians li minn naħa tagħhom fl-aħħar żewġ partiti ħadu rebħa u draw kontra Birkirkara u Balzan rispettivament.

Senglea Athletic kontra Żejtun Corinthians tista’ titqies bħala partita importanti għaż-żewġ timijiet hekk kif it-tnejn li huma jinsabu fiż-żona relegazzjoni b’punt kull wieħed.


Il-partita bejn Sirens u Mosta ġiet posposta minħabba li Sirens għandhom numru ta’ plejers pożittivi.

KAMPJONAT BOV PREMIER
Illum: Centenary Stadium:
Senglea A v Tarxien R 3.00pm, Gżira U v Żejtun C 7.15pm Għada: Hibernians Stadium: Santa Lucia v Valletta 3.00pm, Sirens v Mosta posp., Centenary Stadium: Hibernians v Lija A 3.00pm, Gudja U v Floriana 7.15pm It-Tnejn: Centenary Stadium: Balzan v Ħamrun S 5.00pm, Birkirkara v Sliema W 9.15pm