Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ s-97 pole position tal-karriera

(Ritratt: EPA)

Fiċ-ċirkwit ta’ Portimao, Lewis Hamilton kiseb s-97 pole position tal-karriera wara li għeleb l-isfida ta’ sieħbu fit-tim Valtteri Bottas li temm fit-tieni post. Max Verstappen ta’ Red Bull temm fit-tielet u warajh daħal is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc.

Sergio Perez ta’ Racing Point se jkun qiegħed jibda mill-ħames pożizzjoni u se jkun segwit mis-sewwieq ta’ Red Bull Alexander Albon. Is-sewwieqa ta’ McLaren Carlos Sainz u Lando Norris se jibdew mis-seba’ u mit-tmien post rispettivament filwaqt li Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri u Daniel Ricciardo ta’ Renault se jibdew mid-disa’ u mill-għaxar post rispettivament.