Futbol Sport

Liverpool jitħabtu biex jegħlbu lil Sheffield United

(Ritratt: EPA)

Liverpool kellhom jitħabtu biex f’Anfield għelbu lil Sheffield United 2-1. Sheffield United ingħataw penalty wara 11-il minuta meta wara nuqqa t’attenzjoni fid-difiża, Fabinho waqqa’ lil Oliver Mc Burnie fil-kaxxa. Minn ħdax -il metru, SANDER BERGE ma żbaljax.

Liverpool wettqu reazzjoni u kien biss fil-41 minuta li ġabu d-draw meta d-daqqa ta’ ras ta’ Mane kienet parzjalment salvata minn Ramsdale, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Firmino li mill-viċin ikkonkluda għal ġewwa. Fit-tieni taqsima, Liverpool ħarġu fuq l-offensiva u fl-64 minuta marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Mane kien DIEGO JOTA li bir-ras xeħet ġewwa għal 2-1.

PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ: Aston Villa v Leeds 0-3, Illum:West Ham v Man City 1-1, Fulham v C. Palace 1-2, Man Utd v Chelsea 0-0,Liverpool v Sheff. Utd 2-1, Għada: Southampton v Everton 4.00pm, Wolves v Newcastle 6.30pm, Arsenal v Leicester 9.15pm, It-Tnejn: Brighton v WBA 6.30pm, Burnley v Tottenham 9.00pm