Ftit sekondi oħra u familja żgħażugħa kienet tgħaddi minn traġedja liema bħalha, li mhux għall-intervent f’waqtu ta’ puliżija tal-komunità.
Din hi l-istorja ta’ kif l-uffiċjal numru 1517 salva l-ħajja ta’ tifla ċkejkna li kienet qed tifga quddiem għajnejn il-ġenituri tagħha.
Ftit tal-jiem ilu, filwaqt li dan il-Pulizija żagħżugħ kien qed jipprova jassisti sewwieq li l-karozza tiegħu spiċċat imblukkata bejn żewġ karozzi, instema’ l-għajjat ta’ omm iċ-ċkejkna li kienet f’dar fil-qrib.
Il-Pulizija telaq mill-ewwel biex jassisti kif jista’, ħabbat fuq il-bieb tad-dar li minnha nstema’ l-għajjat biex kif fetħulu sab lit-tifla żgħira qegħda tifga f’biċċa ikel.
L-omm tispjega kif il-Pulizija daħal u salva lil binthom li kienet qed tifga fuq biċċa tiġieġa, u kif it-tabib li raha ftit wara qallhom li kien fadlilha biss ftit sekondi ħajja li kieku ma kienx għall-intervent f’waqtu tal-Pulizija.
Il-ġenituri tat-tifla qalu li ma kellhomx kliem biex jirringrazzjaw lill-Pulizija li salva ħajjet binthom.
Il-Pulizija li kien involut f’din l-istorja huwa wieħed mill-uffiċjali tal-Community Policing li qal li kellu jinzerta fil-post meta kien hemm bżonnu.
//= $special ?>
