Futbol Sport

Real Madrid jirbħu l-El Classico

(Ritratt: EPA)

Real Madrid għelbu lil Barcelona 3-1 fl-El Classico. FEDERICO VALVERDE fetaħ l-iskor wara ħames minuti b’konklużjoni b’saħħitha.
Iż-żagħżugħ ANSU FATI ġab id-draw tliet minuti wara u b’hekk sar l-iżgħar plejer li qatt skorja f’din il-partita.


Fit-63 minuta Real Madrid marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty wara li Lenglet deher jiġbed lil SERGIO RAMOS mill-flokk, bl-istess plejer minn ħdax-il metru ma jiżbaljax.
It-tim ta’ Zinedine Zidane ġab aċċerta mit-tliet punti fid-90 minuta b’konklużjoni tajba ta’ LUKA MODRIC wara pass ta’ Rodrygo.


B’din ir-rebħa Real Madrid telgħu fl-ewwel post tal-klassifika biex kompla jikber id-distakk bejnhom u Barcelona. Għal Barcelona din kienet it-tieni telfa tal-istaġun taħt it-tmexxjija tal-kowċ Ronald Koeman u wara l-kontroverja tal-aħħar ġimgħat b’rabta ma’ Lionel Messi.