Futbol Sport

Rimonta stupenda minn Gżira

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Matthias Mizzi

Gżira Utd……….2

Żejtun C.………..1

Gżira Utd: A. Curmi, G. Bohrer, S. Borg, N. Muscat, C. Borg (’63 D. Xuereb), H. Kone (’81 A. Cohen), J. Usaga, R. Correa, S. Borg (’75 O. Elouni), A. Samb, J. De Assis

Żejtun C. : C. Cassar, D. Albanese, L. Gama, D. Reid, J. Suda (’70 A. Carabott), T. Bonfim, C. Grech, J. Gomes, R. Silva, N. Tabone, A. De Barros

Referee: Ishmael Barbara            

Assistenti Referees: Roberto Vella & Paul Apap

F’bidu kwiet u mingħajr azzjonijiet perikolużi, l-ewwel azzjoni denja tal-logħba waslet minn freekick mogħti minn Usaga li għadda jħakkek minn fuq il-mimduda. Minuta wara din l-azzjoni fid-19 -il minuta, Żejun qabdu lil Gżira b’kontrattakk iżda x-xutt b’saħħtu ta’ Kone ġie bblukkat tajjeb mid-difiża.

Kellu jkun għal nofs it-taqsima biex Żejtun approfittaw minn żball tekniku f’nofs il-ground, bi kross ta’ Gomes lejn David Reid, li dan tal-aħħar ma żbaljax mill-viċin u fetaħ l-iskor.

Proprju qabel tmiem l-ewwel taqsima, Gżira ppruvaw iġibu l-iskor indaqs b’azzjoni tajba minn Amadou Samb iżda l-konklużjoni tiegħu ma kinitx perikoluża, biex Cassar laqa’ faċilment.

Fit-tieni taqsima Gżira ħarġu aktar determinati li jġibu l-iskor indaqs biex fil-52 minuta Cassar tefa’ f’korner ix-xutt perikoluż ta’ Samb. Kien appuntu f’dan il-korner li Samb reġa’ kien protagonist u ġab l-iskor indaqs permezz ta’ daqqa ta’ ras tajba fl-anglu.

Żewġ minuti minn tmiem il-partita Gżira jmorru fil-vantaġġ meta b’gowl stupend minn barra ‘l kaxxa ta’ Jefferson, il-Brażiljan jiżmarka għal kollox lil Cassar u jħallih iħares.

L-aħħar azzjonijiet tal-partita kienu eċitanti ferm fejn saħansitra Żejtun baqgħu konsistenti bl-attakki tagħhom iżda l-partita ntemment bl-iskor ta’ 2-1 favur Gżira, li jagħmluha r-raba’ rebħa konsekuttiva f’dan l-istaġun.