Futbol Sport

Tasal it-tieni rebħa ta’ Lazio fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

Lazio kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta fi Stadio Olimpico għelbu lil Bologna 2-1. Wara li Bologna kellhom il-gowl ta’ Svanberg fit-13 -il minuta mħassar, Lazio fetħu l-iskor fl-54 minuta permezz ta’ LUIS ALBERTO.

CIRO IMMOBILE rdoppja fis-76 minuta filwaqt li LORENZO DE SILVESTRI naqqas l-iskor fid-90 minuta.

SERIE A

Ilbieraħ: Sassuolo v Torino 3-3 Illum: Atalanta v Sampdoria 1-3, Genoa v Inter 0-2, Lazio Bologna 2-1 Għada: Cagliari v Crotone 12.30pm, Benevento v Napoli 3.00pm, Parma v Spezia 3.00pm, Fiorentina v Udinese 7.00pm, Juventus v Verona 8.45pm It-Tnejn: Milan v Roma 8.45pm