Lokali

Żabbari bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.30 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Għajn Tuffieħa meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 34 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq bil-konsegwenza li waqa’.

Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ikkummenta