Fl-aħħar sigħat f’Malta u f’Għawdex ġew irreġistrtai 125 każ ġdid ta’ Covid-19, bil-każijiet attivi jitilgħu għal 1,885.
L-ammont ta’ persuni li fiequ minn din l-imxija huwa dak ta’ 3,727 dan hekk kif fl-aħħar sigħat fiequ 89 persuna, filwaqt li l-każijiet totali huma 5,715. F’pajjiżna l-ammont ta’ fatalitajiet minħabba l-Covid huwa dak ta’ 52.
Mill-każijiet li tħabbru s-Sibt, 46 huma ta’ qraba ta’ każijiet diġà magħrufa, 6 li ttieħdu mix-xogħol, żewġ każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt ma’ persuna pożittiv, każ mill-cluster ta’ Paceville u każ kien impurtat. Il-każijiet l-oħra huma kollha sporadiċi.
//= $special ?>