Lokali

BirdLife Malta tikkundanna kull forma ta’ vjolenza

BirdLife Malta kkundannat kull forma ta’ vjolenza, anke meta din tkun
vjolenza jew allegata vjolenza fil-konfront ta’ kaċċaturi jew nassaba, liema prinċipju ilu jiġi mħaddan minn dejjem.

Fl-istqarrija tagħha, BirdLife Malta kompliet tgħid li kwalunkwe inċident huwa qatra fl-oċean meta mqabbel ma’ snin ta’ abbuż, vjolenza, intimidazzjoni u kliem ta’ mibegħda minn ħafna membri fi ħdan il-lobby tal-kaċċaturi u nassaba lejn ambjentalisti u impjegati, voluntieri u membri ta’ BirdLife Malta u għaqdiet ambjentali oħra.

BirdLife Malta qed titlob lill-awtoritajiet sabiex jinfurzaw il-liġijiet f’kull ċirkostanza; kemm dawk li għandhom x’jaqasmu mal-ħarsien tal-għasafar u l-kaċċa u l-insib illegali, kif ukoll kull f’każ ieħor ta’ vjolenza.