Futbol Sport

Dro oħra għal Juventus kontra Verona

(Ritratt: EPA)

Juventus kienu miżmuma fi dro ta’ 1-1 kontra Verona, b’din tkun it-tielet dro tal-istaġun wara Crotone u Roma. Juventus marru viċin li jiftħu l-iskor f’żewġ tentattivi fl-ewwel taqsima, wara li ballun ta’ Juan Cuadrado ħabat mal-lasta, filwaqt li fil-45 minuta, gowl ta’ Alvaro Morata tħassar wara li kien f’pożizzjoni rregolari. Verona skorjaw fis-60 minuta permezz ta’ Andrea FAVALLI, filwaqt li Juventus sabu l-gowl tad-dro mis-sostitut Dejan KULUSEVSKI, b’din id-dro tqajjem iżjed ħsieb jekk Andrea Pirlo huwiex il-kowċ it-tajjeb biex imexxi tim bħal Juventus.

Napoli rebħu r-raba’ partita tal-istaġun 2-1 kontra Benevento, fejn rat żewġ eks plejers tal-Milan jaffaċjaw lil xulxin issa bħala kowċis; Gennaro Gattuso u Filippo Inzaghi. Benevento fetħu l-iskor fit-tletin minuta permezz ta’ Roberto INSIGNE. Napoli dawru l-logħba favurihom fit-tieni taqsima fi tmiem minuti minn gowls ta’ Lorenzo INSIGNE u Andrea PETAGNA.

Fiorentina ħarġu rebbieħa fil-konfront kontra Udinese, meta ġewwa darhom rebħu 3-2. Wara għaxar minuti biss, Gaetano CASTROVILLI poġġa lil Viola fil-vantaġġ. Huma kabbru d-distakk fil-21 minuta minn gowl ta’ Nikola MILENKOVIC. Qabel tmiem il-mistrieħ, Udinese daħlu bit-tama ta’ rimonta wara li Stefano OKAKA għamel l-iskor 2-1. CASTROVILLI għamel id-doppjetta personali fil-51 minuta, b’OKAKA jagħmel l-istess fis-86 minuta.  

Cagliari għelbu lil Crotone 4-2. Crotone marru fuq quddiem fil-21 minuta b’gowl ta’ Junior MESSIAS. L-oppożizzjoni rrispondiet minnufih erba’ minuti wara permezz ta’ Charalampos LYKOGIANNIS. Wara n-nofsija logħob, Giovanni SIMEONE poġġa lil Cagliari fuq quddiem. Fit-43 minuta, Salvatore MOLINA ġab id-dro għal Crotone. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, Cagliari reġaw minn fuq minn gowl ta’ Riccardo SOTTIL. Fit-48 minuta, Luca Cigarini ntwera t-tieni karta ħamra, Crotone spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers. Joao PEDRO kkonferma r-rebħa bir-raba’ gowl fl-aħħar minuti.

Parma kienu miżmuma fi dro ta’ 2-2 minn Spezia. Spezia fetħu vantaġġ komdu ta’ żewġ gowls wara li Julian CHABOT u Kevin AGUDELO sabu x-xibka fi tlett minuti biss. Parma għamlu rimonta tajba permezz ta’ Riccardo GAGLIOLO u penalty ta’ Juraj KUCKA.