It-tieni Grand Prix ta’ Spanja dan l-istaġun intrebaħ minn Franco Morbidelli ta’ Petronas Yamaha. Din kienet it-tieni rebħa tiegħu dan l-istaġun. Hu għeleb lil Alex Rins ta’ Suzuki Ecstar b’żewġ sekondi biss, segwit minn sieħbu Joan Mir.
Takaaki Nakagami ta’ Honda Idemitsu beda fuq quddiem, iżda fil-ħames dawra waqa’ minn fuq it-trakka u nqala mit-tellieqa, b’Morbidelli ħa l-ewwel post, u żammu sal-aħħar tat-tellieqa.
Fir-raba’ post daħal Pol Espargaro ta’ KTM Factory. Johann Zarco ta’ Esponsorama Racing u Miguel Oliveira ta’ KTM Tech temmew fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Maverick Vinales spiċċa fis-seba’ post filwaqt li Fabio Quartararo ta’ Petronas Yamaha ħa t-tmiem post. Iker Lecuona ta’ KTM Tech u Danilo Petrucci ta’ Ducati għalqu l-ewwel għaxra.
Kif spiċċaw: 1. F. Morbidelli 41.47.652, 2. A. Rins +2.205, 3. J. Mir +5.376, 4. P. Espargaro +10.299, 5. J. Zarco +12.915, 6. M. Oliveira +12.953, 7. M. Vinales +14.262, 8. F. Quartararo +14.720, 9. I. Lecuona +17.177, 10. D. Petrucci +19.519, 11. C. Crutchlow +19.708, 12. S. Bradl +20.591, 13. A. Dovizioso +22.222, 14. T. Rabat +26.496, 15. B. Smith +31.816 Ma spiċċawx: A. Espargaro, A. Marquez, F. Bagnaia, T. Nakagami, J. Miller, B. Binder
//= $special ?>