Futbol Sport

Gowl deċiżiv ta’ Jamie Vardy jagħti r-rebħa lil Leicester City

(Ritratt: EPA)

Gowl deċiżiv ta’ Leicester City ta t-tlett punti lit-tim ta’ Brendan Rodgers wara li għelbu lil Arsenal ġewwa darhom 1-0. Il-gowl tar-rebħa wasal fit-80 minuta wara li pass twil bejn id-difensuri ta’ Arsenal sab lil Cengiz Under li bil-ġirja resaq viċin il-gowlkiper u qassam lil Jamie VARDY li f’pożizzjoni ideali ma żbaljax.

Everton tilfu ċ-ċans li jissudaw posthom fil-quċċata tal-klassifika, wara li sfaw megħluba 2-0 minn Southampton. Southampton fetħu l-iskor fil-27 minuta wara li Danny Ings qassam tajjeb lil James WARD-PROWSE li nkwadra faċilment. Ftit minuti wara, kross ta’ Danny Ings ġab lil Che ADAMS waħdu li b’xutt devjat għeleb lil Jordan Pickford. Everton spiċċaw jilgħabu b’raġel inqas wara li fit-72 minuta, Lucas Digne ntwera karta ħamra diretta.

Wolves kienu miżmuma 1-1 minn Newscastle. Il-gowls waslu kollha fl-aħħar għaxar minuti tal-partita. Wolves marru fil-vantaġġ fit-80 minuta, wara li difensur ta’ Newscatle tajjar il-ballun minn ġol-kaxxa, b’dan spiċċa għand Raul JIMENEZ li b’xutt qawwi minn barra l-kaxxa għeleb lill-gowlkiper. Free kick fil-baxx ta’ Jacob MURPHY temm il-partita fi dro.