Futbol Sport

Hibernians jumiljaw lil Lija

(Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo)

Matthias Mizzi

HIBERNIANS………. 8

LIJA ATHLETIC……..1

Hibernians: M. Calleja Cremona, F. Apap (’57 Z. Grech), L. Almeida, J. Grech, J. Degabriele (’66 C. Zammit), B. Kristensen (’57 A. Attard), D. Vella, G. Izquier (’69 M. Ellul), S. Shola (’57 R. Winchester) , A. Agius, W. Teixeira

Lija Athletic: L. Bonnici, J. Cassar (’45 A. Clinch), L. Muscat, D. Scerri, N. Micallef, J. Brandan, R. Darmanin (’74 L. Soares), C. Gill, N. Mclaren (’59 R. Dalli), A. White, G. Alhinho

Imwissija: ‘26 F.Apap HIB, ’52 N. Micallef LJA, ’66 L. Muscat LJA, ’66 A. Clinch LJA, ’72 M. Ellul HIB

Skorjaw:  HIB: ’18W. Teixeira, (PEN)’22J. Grech, ’36 J. Degabriele, ’51 Shola Shodija, ’53 Shola Shodiya, ’68 R. Winchester, ’71 R. Winchester  LJA: ’23J. Brandan

Referee: Johnson Alex

Assistenti Referees: Duncan Sultana & Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal:  Stefan Pace

Plejer tal-Logħba: Shola Shodiya

Fl-istadium taċ-Ċentinarju, Hibernians umiljaw u ddominaw għal kollox lil Lija bi tmien gowls biex akkwistaw tliet punti importanti li jħalluhom ma’ ta’ fuq fil-klassifika. Ta’ min isemmi li f’din il-partita Lija kellhom 5 plejers mill-iskwadra neqsin, fosthom l-Albaniż Erjon Beu li kien nieqes minħabba injury.

F’partita mimlija gowls, Hibernians kienu wkoll sfortunati li jiftħu l-iskor qabel wara li fl-għaxar minuta raw ix-xutt angolat ta’ Grech jaħbat mal-wieqfa. Ħames minuti wara u Hibernians fetħu l-iskor permezz ta’ pass tajjeb ta’ Kristensen li tefa’ lil TEXEIRA waħdu biex ma żbaljax mill-viċin.

Kien permezz ta’ penalty mogħti minn Jake GRECH li Hibernians għamlu l-iskor 2-0 ħames minuti wara. Madankollu Lija rreaġġixxew tajjeb minuta wara permezz ta’ gowl imxellef minn BRANDAN ta’ Lija li għeleb għal kollox lil Calleja Cremona.

It-tim immexxi minn Joseph Galea, komplew jippersistu fejn saħansitra kienu sfortunati li jġibu d-dro wara li Calleja Cremona laqa’ b’qabża spettakolari fl-arja, bil-ballun jaħbat mal-mimduda.

Hibernians kabbru l-vantaġġ b’żewġ gowls fis-36 minuta wara li DEGABRIELE rċieva tajjeb mingħand Kristensen u ma falliex mill-viċin.

It-tieni taqsima kienet ikkaratterizzata minn dik ta’ qabilha b’diversi gowls fejn fil-51 minuta Hibernians għamluhom erbgħa wara li kross insidjuż mix-xellug ta’ Texeira tefa’ ‘l Shola SHODIYA f’pożizzjoni ta’ gowl. Shola SHODIYA mbagħad reġa’ kkastiga lil Lija żewġ minuti wara permezz ta’ gowl simili għal dak ta’ qablu min-naħa xellugija.

Il-Pawlisti komplew jitfgħu pressjoni qawwija fuq Lija biex kwarta wara ġirja insidjuża ta’ Attard li qassam lis-sostitu WINCHESTER u għamel l-iskor 6-1. Żewġ minuti wara WINCHESTER reġa’ kien protagonist billi b’kalma kbira qabeż lill-gowler ta’ Lija u xeħet il-ballun f’lasta vojta. B’hekk il-partita ntemmet fl-iskor ta’ 8-1 favur Hibernians.