“Għada se nuri lill Gvern li jista’ jkollna pjanijet serji li bihom nagħtu tama lil pajjiżna.“
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu kien qed jieħu sehem f’diskussjoni dwar il-Budget li tmexxiet minn Josianne Camilleri.
Il-Kap tal-PN saħaq li l-politiku qiegħed hemm biex jagħmel it-tajjeb u għalhekk meta jagħmel id-dover tiegħum’għandux bżonn daqq tat-trombi. Iżda meta jonqos trid tkun l-Oppożizzjoni li tikkritika dan b’mod kostruttiv kif se jkun qed tagħmel t-Tnejn fid-diskors tal-budget bit-tema ‘Nissaħħu Flimkien’.
Bernard Grech qal li biex insaħħu lil pajjiż irridu nagħtu każ l-opinjinijet ta’ dawk li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja. Saħaq li huwa minnu li bħalissa ninsabu għaddejjin minn pandemija li laqtet lil pajjiżna mingħajr ma ħadd kien qed jistenniha, iżda l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandu ebda pjan fit-tul u ebda strateġija konkreta f’dan ir-rigward.
Fid-diskussjoni ħadu sehem kelliema minn diversi oqsma tas-soċjeta fosthom Graham Bencini professjoniist fil-qasam finanzjarju. Huwa enfasizza li pajjiżna għandu jimxi fuq tlett fażijiet fil-pandemija tal-COVID: short term plan, recovery plan u long term plan. Dan sabiex tkun iġġenerata l-ekonomija ta’ pajjiżna permezz ta’ niċeċ ġodda. Graham Bencini saħaq fuq l-importanza li pajjizna jkollu viżjoni ċara u stabbiltà politika, hekk kif stħarriġ tal-EY wera li pajjiżna qiegħed fl-agħar livell biex jattira investiment ġdid f’pajjiżna.
Min-naħa naħa Maria Attard, Direttur tal-Istitut Għat-Tibdil fil-Klima u l-Iżvilupp Sostenibbli saħqet li kien ta’ diżappunt li l-Budegt ta’ din is-sena ma kienx ambizzjuż biżżejjed fil-qasam ambjentali. Saħqet li l-Gvern irid jieħu deċiżjonijiet kritiċi llum qabel għada u ma jibqax jipposponi għax inkella l-problema se tkompli tikber. Eżempju ċar huwa it-tibdil fil-klima, fejn dan il-qasam mhux qed ikun indirizzat… problema li taf tkun ikbar mill-pandemija li għaddejjin minnha bħalissa.
Sergio Mallia li jaħdem fil-qasam ambjentali sostna li l-Gvern ma jistax jibqa’ jidħak bin-nies, irid ikun hemm azzjonijiet konkreti li jittieħdu llum. Sostna li l-Gvern irid jerġa’ jikseb il-kredibbilta internazzjonali fejn pajjizna spiċċa qed jaffaċċja skandli kbar ta’ korruzzjoni. Għalhekk l-Gvern irid ikun vertier mal poplu u dak li hemm miktub fil-Budget jitwettaq tassew.
Min-naħa tagħha l-Kunsilliera tal-PN fis-Siggiewi Francine Farrugia tkellmet fuq il-fatt li fil-Budget li ressaq il-Gvern il-Kunsili ntesew kompletament. Il-PN kien il-partit li dejjem emmen fil-Kunsilli Lokali… li l-iskop tagħhom huwa sabiex ir-resident ikollu leħen. Għalhekk Francine Farrugia qed tapella sabiex ikun hemm aktar għajnuniet sabiex terġa’ tissaħħaħ il-fiduċja tar-residenti fil-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>