Lokali

Ingliż fil-periklu tal-mewt wara waqgħa

Ritratt: Martin Agius

Dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa, il-Pulizija ġiet infurmata li weġġgħet persuna fi Triq E.H. Furse, l-Imsida.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta, li fil-komun ta’ blokka, bejn it-tielet u raba’ sular, waqa’ Ingliż ta’ 31 sena.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli assistew lill-paramediċi joħorġu l-vittma mill-blokka, fejn ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.