Sport Sport Ieħor

It-tieni rebħa f’Malta għal Julio De Luxe

(Ritratt: Mike Orland)

Kenneth Vella

Is-37 laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza maratona ta’ 3140m saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Spikkat l-aktar tiġrija tal-klassi Premier li ntrebħet minn Julio De Luxe taħt il-gwida ta’ Rodney Gatt.

Sittax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Vivo Per Lei (Herman Mc Kay) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih ħa vantaġġ żgħir minn Waikiki Man (Owen Scicluna) u Liam Dana (Clint Vassallo). Dawra mit-tmiem kien Annie’s Boy (Paul Galea) li ħa l-kmand f’idejh. Madankollu dan ċeda kollox fl-aħħar metri meta nqabeż minn Julio De Luxe (Rodney Gatt) li ħa t-tieni rebħa f’pajjiżna bi ftit minn Elliot Coger (Marco Refalo) u Bara Min (Redent Magro). Liam Dana spiċċa fir-raba’ post.  

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Gold. Hawnhekk, iż-żiemel li kien għal ħafna ħin quddiem, Moliere (Jason Vassallo) inqabeż mir-rebbieħ Cobby’s Celeb (Kevin Azzopardi) f’nofs id-dritta finali. Accent (Tony Demanuele) u Brin De Noblesse (Tony Tanti) daħlu warajhom f’dik l-ordni. Għal Cobby’s Celeb din kienet it-tielet rebħa staġjonali.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Irena Palema (R. Gatt) Ħin – 4.11.3” (1.20.1”) 2. Rasputin LG (P. Galea) 3. Imakeittheeasyway (M. Bonnici) 4. White Flame (M. Ellul)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Etel Du Pilet (P. Galea) Ħin – 4.07.3” (1.18.8”) 2. Cirella De Kacy (R. Gatt) 3. Devil Boko (C. Galea) 4. Mundus L.N. (M. Ellul)  

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Joyus (N. Baldacchino) Ħin – 4.09.2” (1.19.4”) 2. Condor Du Roumois (M. Ellul) 3. Attrape Moi Aldo (P. Galea) 4. Cap Des Granges (Cherise Farrugia)   

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Elvis Des Pignes (A. Cassar) Ħin – 4.06.9” (1.18.6”) 2. Cadillac De Ginai (I. Galea) 3. Tennis d’Anjou (P. Galea) 4. Conflit (T. Demanuele)

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Evender Maybe (J. Carabott) Ħin – 4.10.2” (1.19.7”) 2. Espion Volsin (R. Gatt) 3. Caiman Fawey (A. Spiteri) 4. Dalton Des Mauges (K. Saliba)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Cobby’s Celeb (K. Azzopardi) Ħin – 4.01.6” (1.16.9”) 2. Moliere (J. Vassallo) 3. Accent (T. Demanuele) 4. Brin De Noblesse (T. Tanti)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Julio De Luxe (R. Gatt) Ħin – 4.00.8” (1.16.7”) 2. Elliot Coger (M. Refalo) 3. Bara Min (R. Magro) 4. Liam Dana (C. Vassallo)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Broadway Surprise (Ch. Muscat) Ħin – 4.05.4” (1.18.1”) 2. Amuse Nous (R. Gatt) 3. Ami Toon’s (D. Gatt) 4. Bonbon Bleu ( J. C. Pace)