Lewis Hamilton iddomina u rebaħ il-Grand Prix fil-Portugall biex kiser rekord ġdid ta’ 92 rebħa fil-Formula 1. Dan kien miżmum minn Michael Schumacher fejn kellhu 91 rebħa. Hamilton jinsab viċin ukoll li jilħaq rekord ieħor ta’ Schumacher fejn għandu seba’ titli tal-Formula 1.
It-tellieqa ġewwa t-trakka Algarve bdiet fix-xita b’Carlos Sainz mar fuq quddiem wara li beda mis-seba’ post, iżda imbagħad Hamilton ħa l-vantaġġ u żamm postu fuq quddiem sal-aħħar.
Hamilton ta’ Mercedes daħal għoxrin sekonda fuq sieħbu Vallteri Bottas fit-tieni post, segwit minn Max Verstappen ta’ Red Bull. Ġurnata pożittivi għal Ferrari bis-sewwieq Charles Leclerc itemm fir-raba’ post.
Fil-ħames post daħal Pierre Gasly ta’ AlphaTauri, b’Carlos Sainz ta’ McLaren u Sergio Perez ta’ Racing Point spiċċaw fis-sitt u s-seba’ post rispettivament. Is-sewwieqa ta’ Renault Esteban Ocon u Daniel Ricciardo flimkien ma’ Sebastian Vettel ta’ Ferrari għaqdu l-ewwel għaxra.
Kif spiċċaw: 1. L. Hamilton 1.29.56.828, 2. V. Bottas +25.592, 3. M. Verstappen +34.508, 4. C. Leclerc +65.312, 5. P. Gastly +1 lap, 6. C. Sainz +1 lap, 7. S. Perez +1 lap, 8. E. Ocon +1 lap, 9. D. Ricciardo +1 lap, 10. S. Vettel +1 lap, 11. K. Raikkonen +1 lap, 12. A. Albon +1 lap, 13. L. Norris +1 lap, 14. G. Russell +1 lap, 15. A. Giovinazzi +1 lap, 16. K. Magnussen +1 lap, 17. R. Grosjean +1 lap, 18. N. Latifi +2 lap, 19. D. Kvyat +2 lap, Ma spiċċawx: L. Stroll
//= $special ?>