Raġel ta’ 82 sena huwa l-51 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Fi stqarrija ntqal li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-30 ta’ Settembru. Waqt li kien qed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei sarulu diversi testijiet li kollha taw riżultat fin-negattiv. Minħabba li kellu sintomi marbuta mal-Covid-19, reġa’ sar test ieħor wara li l-anzjan miet, li rriżulta pożittiv.
Intant il-Gvern mill-ġdid qal li r-raġel kellu mard kroniku.
//= $special ?>