Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’inċident f’San Ġiljan

Mara ta’ 26 sena mir-Rabat, kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart tal-bieraħ filgħaxja.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mutur Kymco, li kien qiegħed jinstaq minn Ingliż ta’ 28 sena residenti l-Isla, laqat lill-vittma.

Il-mara ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.