Chris Cassar
PEMBROKE A …………………….. 2
SWIEQI U. …………………………. 1
Pembroke A: P. Schranz, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, J. Ogunnupe, M. Zarb, T. Abdul Abdeen, T. Fenech. J. Bajada, M.A. Borg, J. Etim
Swieqi U: E. Gatt, I. Micallef, J. Micallef, J. Willy, S. Ibrahim, A. Schembri Wismayer, M. Vella, M. Ivanovic, C. Cutajar, J. Azzopardi, D. Boyle
Referee: Daniel Casha
Pembroke għelbu lil Swieqi 2-1 biex rebħu d-derby u issa jinsabu weħidhom fl-ewwel post tal-klassifika. Kienet logħba ferm interessanti bir-riżultat li seta’ mar kull naħa bejn żewġ timijiet li taw kollox u li wrew li għandhom potenzjal biex jissieltu għall-ewwel postijiet.
Il-logħba bejn żewġ timijiet li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika kienet waħda ferm missielta u pjuttost goffa wkoll. Fl-ewwel taqsima kien hemm diversi tentattivi, l-iktar mid-distanza, kemm minn naħa kif ukoll fuq oħra, tentattivi li fallew il-mira.
Il-gowl tal-vantaġġ ta’ Pembroke wasal fis-26 minuta meta Temitope Abdul Abdeen dar tajjeb ma’ difensur u skorja b’xutt fil-baxx.
Fit-53 minuta penalty favur Swieqi wara li l-ballun deher jaħbat ma’ id Kane Farrugia u mill-11-il metru Salis Ibrahim ma żbaljax. Fit-78 minuta Pembroke mill-ġdid fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ korner kien Kyle Frendo li skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin.
//= $special ?>