Coronavirus Lokali

Persuna tinstab pożittiva għall-COVID wara li tressqet il-Qorti

Raġel li tressaq il-Qorti aktar kmieni llum instab li kien pożittiv għall-COVID-19. Dan tħabbar mis-sit Lovin Malta.

Kawża ta’ dan, in-nies preżenti fl-awla se jagħmlu kwrantina volontarja. Fost dawk preżenti fil-qorti kien hemm il-maġistrat, l-avukati, l-uffiċjali tal-qorti, l-uffiċjali tal-pulizija, il-ġurnalisti u diversi professjonisti oħra.

Il- każ seħħ wara li tliet peruni li tressqu l-Qorti kienu ġew ittestjati għall- coronavirus; l-ewwel żewġ testijiet irriżultaw fin-negattiv, iżda r-riżultat tat-tielet raġel ma kienx għadu ħareġ, u minħabba li kien se jiskadilu ż-żmien ta’ kemm kienu ilu taħt il-kustodja tal-Pulizija, kellu jitressaq il-Qorti.

Kien biss wara li spiċċat is-seduta li ħareġ it-test u kien pożittiv. Dawk kollha preżenti ġew infurmati, b’uħud minnhom jibbukkjaw għal swab test biex jikkonfermaw li ma kinux pożittivi.

Persuna li tkellmet mas-sit Lovin Malta qalet li fil-Qorti ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fosthom l-ilbies ta’ maskra protettiva.