Sport Sport Ieħor

Programm speċjali dwar il-41 Rolex Middle Sea Race

It-tieni programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar illum fl-4.00 pm huwa wieħed speċjali b’rabta mal-41 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Crew ta’ NetTV permezz tal-camerapersons Noel Zammit u Michael Farrugia segwa mill-qrib din l-edizzjoni mirbuħa għat-tieni sena konsekuttiva minn Elusive 2 tal-aħwa Podesta’ . Ftit sigħat wara s-suċċess miksub, Charles Camenzuli ltaqa’ ma’ Maya, Aaron u Christophe Podesta u ma’ David Anastasi fejn wasslu l-ewwel ħsibijiet wara s-suċċess ta’ din is-sena.

Fit-tieni parti ta’SPORT EXTRA, l-enfażi fuq il-lat amministrattiv b’intervisti ma’ Commodore tar-Royal Malta Yacht Club Godwin Zammit kif wkoll mad-direttur tat-tellieqa Peter Dimech.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.