Futbol Sport

Ronaldinho pożittiv għall-coronavirus

Fuq il-midja soċjali, il-Brażiljan u l-eks plejer ta’ Barcelona u Milan Ronaldinho ħabbar li hu pożittiv għall-coronavirus. Hu qal li m’għandux sintomi, jinsab tajjeb u qiegħed f’iżolament.

Hu għandu 40 sena, u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi klabbs kbar fosthom PSG, Barcelona u Milan. Hu rebaħ il-World Cup tal-2002 fejn kien magħruf mat-trio ta’ Rivaldo u Ronaldo.

Ikkummenta