Futbol Sport

Santa Luċija jsalvaw punt lejn tmiem il-partita

(Ritratt: Joe Borg)

Matteo Grima

SANTA LUĊIJA……..1

VALLETTA……………1

Sta. Luċija: A.Vella, T.Desira, P.Andre Fausto, K.Pinheiro Correia, A.Souza da Silva (C) (A.Vella 89’), K.Rosero, V.Luiz Prestes Filho, M.Camilleri (L.Motta 63’), J.Zerafa, R.Tachikawa, K.Xuereb (R.Camilleri 86’).

Valletta: H.Bonello (C), T.Caruana, S.Malano, E.Beltre, J.Zerafa, T.Marukawa (R.Fenech 81’), E.Sala, N.Pulis (N.Marcolino 35’), R.Muscat, M.Alba (S.Dimech 67’), M.Fontanella.

Imwissija: N.Pulis (V), R.Muscat (V), J.Zerafa (L)

Skorjaw: E.Sala (V), K.Ante (L)

Referee: Agius Darryl

Assistenti Referees: Portelli Luke, Muscat James

Valletta u Sta. Luċija ħadu punt kull wieħed f’partita ferm bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet iddominaw taqsima kull wieħed. Valletta marru fil-vantaġġ ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima pero Santa Luċija ġabu l-gowl tad-draw meritatament fl-aħħar żewġ minuti tal-partita.

Kmieni fil-partita, Valletta ħolqu l-ewwel azzjoni tagħhom meta minn korner mgħoti minn Alba kien Pulis li b’daqqa ta’ ras impenja lil Vella li salva tajjeb.

Man-nofs siegħa logħob Valletta kienu verament viċin li jiftħu l-iskor meta għal darboħra kellna korner ta’ Alba lejn Malano b’dan ta’ l-aħħar jara l-konklużjoni tiegħu tistampa mal-minduda.

Ftit wara kellna żball ta’ Pulis meta l-pass qasir tiegħu lejn Bonello ħoloq paniku fid-difiża Beltija fejn il-gowler tal-Belt spiċċa nqabat barra minn postu. Ante Rosero prova l-konklużjoni tiegħu lejn il-lasta vojta pero kien miġbud minn wara minn Pulis bir-referee jsaffar għal fawl.

Valletta marru fil-vantaġġ fl-40 minuta meta minn freekick, kien Alba li ndirizza lejn il-kaxxa, b’ ESLIT SALA bir-ras jixħed fix-xibka għal 0-1.

Fil-bidu ta’ l-ewwel taqsima kienu Valletta li reġgħu ħolqu l-ewwel ċans meta minn korner ta’ Alba kien Malano li b’daqqa ta’ ras ra lil Vella jsalva.

Fl-74 minuta kellna azzjoni ta’ Sta. Luċija meta Tachikawa irċieva fil-kaxxa bix-xutt tiegħu ikun salvat minn Bonello, bil-ballun jaqa f’saqajn Da Silva Souza li kkonkluda għoli mil-lasti ta’ Valletta.

Fl-aħħar mumenti tal-partita, Sta. Luċija ġabu l-iskor indaqs meta minn korner ta Correia, l-ballun ħabat mal-wieqfa, spiċċa għand KEVIN ANTE li xeħet fix-xibka għal 1-1.