Il-Brittaniku Tao Geoghegan Hart ta’ Team Inoes rebaħ il-Giro d’Italia ta’ din is-sena għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Hu rebaħ b’vantaġġ ta’ 39 sekonda fuq Jai Hindley ta’ Team Sunweb. Fit-tielet post tal-klassifika ġenerali temm Wilco Kelderman ta’ Team Sunweb ukoll. Joao Almeida ta’ Quick-Step u Pello Bilbao ta’ McLaren għalqu l-ewwel ħamsa.
Il-21 stadju tal-Giro d’Italia ntrebaħ minn Filippo Ganna ta’ Ineos, segwit minn Victor Campenaerts ta’ NTT Pro Cycling u Rohan Dennis ta’ Ineos Grenadiers. Ir-rotta tal-aħħar stadju kienet twila 15.7 kilometri minn Cernusco Sul Naviglio sa Milano. Il-flok ir-roża nrebaħ mir-rebbieħ tat-tour Geoghegan Hart.
Geoghegan Hart sar il-ħames Brittaniku li rebaħ dan it-tour wara Chris Froome, Geraint Thomas, Simon Yates u Bradley Wiggins.
//= $special ?>